Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun inawgurat bandli ġdid fi ġnien l-għannejja Żwieten fiż-Żejtun. Dan il-proġett li sewa mad-€95,000 bidel bandli antik u mitluf f’żona moderna u sigura li se tkun tuista’ tibda titgawda mill-komunità Żejtunija.
Is-sindku taż-Żejtun Doris Abela spjegat kif dan il-bandli ġie ffinanzjat pemezz ta’ fondi tal-Kunsill Lokali u fondi mid-Dipartiment tal-Gvernijiet Lokali. “Dan il-bandli huwa t-tieni wieħed li se nkunu qegħdin ninawguraw f’dawn is-sitt xhur. Wieħed kien Ġnien il-Qawsalla fi Triq il-Labour, fejn sar xogħol mill-ħaddiema tal-Kunsill, imbagħad bdejn x-xogħol fejn qegħdin illum, Ġnien l-Għannejja Żwieten”, spjegat is-Sindku.
Żied tgħid ukoll kif apparti l-bini mill-ġdid tal-bandli l-Kunsill għalaq il-proċess ta’ tenders li se jkunu qed jaraw li jibdew ix-xogħlijiet ta’ partijiet oħra ta’ dan il-ġnien.
Omm u iben li kienu minn tal-ewwel li żanżnu dan il-proġett laqgħu l-ħidma tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u tennew l-importanza ta’ aktar spazji pubbliċi aċċessibbli għal kulħadd.