B’investiment ta’ €800,000 ġie inawgurat dipartiment ġdid fir-Residenza San Vincenz de Paul iddedikat ghall-fiżjoterapija. Fost l-apparat mediku ġdid hemm standing frame, interferential, ultrasound u tilting table.
Dan il-proġett huwa xhieda mhux biss ta’ titjib infrastrutturali imma wkoll ta’ servizzi ġodda li se jissarfu f’kura ta’ kwalità għolja għall-anzjani. Servizzi li se jwassalhom tim professjonali ta’ professjonisti li se jkun qed jagħti l-kura minn dipartiment ġdid, modern u attrezzat bl-aħħar teknologija.
Dan il-proġett mhux biss se jgawdu minnu l-1,200 anzjan resident, iżda wkoll l-anzjani kollha f’pajjiżna li għandhom ‘il fuq minn sittin sena u jeħtiegu din il-kura specjalizzata. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis innota kif dan il-proġett huwa ħolqa ohra minn katina ta’ proġetti ta’ dan il-Gvern li juru li fiċ-ċentru tal-politika tiegħu għandu l-anzjani.