Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, żaru ċentru ġdid tat-Telemedicine fit-Technopark tal-Mosta.
Hemmhekk huma raw l-ħidma konġunta li qed issir minn għadd ta’ professjonisti sabiex iwieġbu telefonati relatati mal-Covid-19.
Waqt din iż-żjara ntqal li dan iċ-ċentru jirċievi madwar 2,500 telefonata kuljum filwaqt li s-servizzi mediċinali f’dan iċ-ċentru jingħata minn 30 tabib u 11-il infermier.
Mill-bidu ta’ April li għadda, dan iċ-ċentru rċieva iżjed minn 560,000 telefonata.
Il-Prim Ministru Robert Abela rrikonoxxa l-ħidma li qed joffru dawn il-ħaddiema lejl u nhar filwaqt li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne semma kif il-professjonisti qegħdin iżommu kuntatt mal-pazjenti morda bil-Covid-19.