Tlestew ix-xogħlijiet tal-bini tac-Ċentru Ċiviku ġdid għall-komunità tal-Fgura li se jibda jilqa’ fih il-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Iċ-ċentru nbena kompletament ġdid fi triq ewlenija tal-Fgura, wara li tul dawn l-aħħar sittax il-sena nħass il-bżonn li tinbena binja għall-użu tal-lokalità.
Is-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli Parti qal li parti kbira mill-ispejjeż ta’ din il-binja; sitt mitt elf ewro, ingħataw mill-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar.Is-Sur Dalli qal li dan iċ-Ċentru se jilqa’ fih ukoll uffiċini għall-Aġenzija Appoġġ; spazju sabiex l-artisti jesebixxu x-xogħol tagħhom u sala u klassijiet għall-użu tal-poplu tal-Fgura.
Waqt żjara fil-binja l-ġdida, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg faħħar l-impenn tal-kunsill u stqarr li b’għaqal irnexxielhom jaslu għal dan ir-riżultati sabiħ. Qal li l-fond li minnu ġiet iffirnanzjata l-binja għandu bilanc t’a seba u għoxrin miljun ewro oħra u appella lill-kunsilli lokali biex jagħmlu użu minnu.
Spjegal li l-fondi huma parti mill-flus miġbura mill-iskema tar-regolarizzazzjoni tal-bini u kontribuzzjonjiet għal żvilupp li jkun qed issir fil-lokalita’.
Dr Borg qal kif dawn il-proġetti jistgħu jkunu varji minn ġonna sa żoni ta’ rikreazzjoni għal proġetti oħra għall-benefiċċju tar-residenti.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm is-Segretarji Parlamentari Chris Agius u Silvio Parnis.