Seba’ start-ups innovattivi bdew jaħdmu minn uffiċini ġodda bl-isem ta’ DiHubMT fl-Imrieħel, li sar b’investiment ta’ €6.6 miljun, b’kofinanzjament minn fondi Ewropew.
Dan il-hub ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ekonomika Silvio Schembri. Bil-maġġoranza ta’ dawn l-istartups, li qed joperaw minn hawnhekk, huma speċjalizzati fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Kenneth Brincat, qal li l-għan ta’ dan il-post hu li tikber l-innovazzjoni diġitali f’pajjiżna, fejn startup jista’ jiżviluppa minn dan il-hub, li fih bosta faċilitajiet minn fejn wieħed jaħdem.
Il-Ministru kompla li l-ekonomija diġitali tista’ żżid il-kwalità f’pajjiżna u kif, fl-aħħar snin, l-ekonomija diġitali f’pajjiżna kibret b’erba’ darbiet, anke meta teskludi s-settur massiċċ tal-gaming, u jinkorpora fil-‘Viżjoni Malta 2050’.
“Post li qed jimmira għal dawk iż-żgħażagħ u start-ups, li qed nipprovdulhom bħala Gvern, l-apparat u t-teknoloġija li jkollhom bżonn biex l-idea li jkollhom ikunu jistgħu jittrasformawha fi prodott. L-ewwel sfida prinċipali tkun li biex tixtri dan l-apparat jiswa ħafna flus u għal dak li jkun jaqta’ li jittrasforma l-idea tiegħu f’apparat. Hawnhekk qed naraw teknoloġija bħalma hemm l-IOT Labs, 3D printing, softwares li jassistu fuq l-intelliġenza artifiċjali, fuq blockchain, fuq podcast u teknoloġiji oħra bħal quantum computing u eventwalment high-performance computer ukoll,” tenna Schembri.
DiHUBMT hu parti minn network Ewropew ta’ digital hubs, 227 b’kollox, li jsostnu żviluppaturi żgħar fi 30 pajjiż differenti.