Ġie inawgurat hangar ġdid tal-Aviation Cosmetics, kumpanija Olandiża li f’Malta topera minn Ħal Safi. Il-hangar huwa meqjus fost l-ikbar madwar id-dinja u sar b’investiment ta’ €15-il miljun. Huwa mistenni jġib miegħu l-ħolqien ta’ tmenin impjieg ġdid.
Attendew għall-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte.
Muscat qal li dan l-investiment ikompli jsaħħah is-settur tal-avjazzjoni f’pajjżna, li ra żieda ta 6.5% fuq is-sena ta qabel, u issa jimpjega 900 persuna f’Malta. Il-Prim Ministru qal li sabiex dan l-investiment sar hawn Malta, il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks kienu strumentali.
Il-hangar se jibda jopera nhar it-Tnejn li ġej.