Iż-Żebbuġin issa jistgħu jgawdu minn ġnien pubbliku atrezzat u rinovat. Dan b’investiment ta’ €170,000.
Dan hekk kif aktar kmieni llum dan il-ġnien pubbliku li fost oħrajn huwa mgħammar b’apparat tal-gym bil-għan li jimmotiva lil persuni u tfal li jiffrekwentawh sabiex jieħdu sehem f’attività sportiva, ġie inawgurat.
Parti mill-ġnien ser ikun ukoll allokat għall-istudenti tal-ekoskola li jattendu l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ sabiex b’hekk ikunu jistgħu ikabbru l-pjanti u siġar.Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ ħa ħsieb wkoll li dan il-ġnien pubbliku jinkludi wkoll kameras tas-sigurtà.
Preżenti ħhall-inawgurazzjoni l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg tenna li b’kollox intużaw miljun ewro minn totall ta’ 28 miljun ewro allokati ghall-Fond għall-Iżvillup Urban sabiex jiġu rinovati total ta’ 17-il ġnien minn madwar Malta u Għawdex.
Intant is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis saħaq dwar l-importanza li dawn l-ispazzji pubbliċi issa jintużaw sabiex wkoll l-attività fiżika.