Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura ċentru ġdid ta’ eċċellenza ta’ podjatrija ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa f’Birkirkara.
Id-Deputat Prim Ministru saħaq li dan iċ-ċentru se jkompli jgħin u jifrex is-servizzi li jingħataw fl-isptar Mater Dei, madwar il-pajjiż għal servizz aktar effiċjenti.
Chris Fearne spjega li aktar minn mitt elf persuna fis-sena jagħmlu użu minn dan is-servizz tal-podjatrija fiċ-ċentri u bereġ imqassmin madwar Malta u Għawdex.
B’rabta ma’ din l-inawgurazzjoni, tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Komunitajiet Alex Muscat.
Alex Muscat ħabbar li dan iċ-ċentru sar b’investiment ta’ mitejn u għoxrin elf ewro mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali.
Fond li d-dħul tiegħu ġej mill-investiment dirett barrani permezz tal-programm ta’ residenza.