Il-Monument tan-Nutar u Politiku Ġuże’ Abela reġa tpoġġa lura fil-Pjazza li ġġib l-istess isem. Dan wara li nħaddem pedestal apposta sabiex jikkumplimenta id-dehra ġdida ta’ din il-pjazza.
Infatti, r-rinnovar tal-pjazza kien wassal sabiex il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli jirbaħ l-A+ Accessibility Award, unur prestiġġuż għall-iktar proġett aċċessibbli f’Malta u Għawdex.
Il-Nutar Abela iddistingwa ruħu kemm fil-professjoni tiegħu kif ukoll fil-karigi politiċi li okkupa. Huwa serva bħala Ministru għall-Finanzi fi Gvern Laburista bejn l-1971 u 1979.
Il-pedestal il-ġdid huwa magħmul mill-ġebel taż-Żonqor.
Is-Sindku ta’ Ħad-Dingli, s-Sandro Azzopardi spjega kif “it-tlestija tal-pedestal se tkun qed terġa tpoġġi l-bust tan-nutar fiċ-ċentru ta’ Ħad-Dingli, post denju li jixraq u jfakkar lil persuna li għamlet ġieħ mhux biss lil Ħad-Dingli iżda ukoll lill-Malta kollha.”