Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li n-nuqqas ta’ nisa fl-ogħla pożizzjonijiet tal-pajjiż hija allarmanti.
Lejliet il-jum internazzjonali dedikat għall-mara, il-President tkellmet waqt il-konferenza “Women in Politics and Leadership” organizzata mill-President’s Foundation for the Wellbeing of Society.
Appellat lill-partiti politiċi kollha biex jinkoraġġixxu aktar nisa jidħlu għall-politika u l-ħajja pubblika. Qalet li l-aġenda tal-Ġnus Magħquda għas-sena 2030 tenfasizza l-bżonn ta’ ugwaljanza bejn is-sess. Iżda r-rappreżentanza femmili madwar id-dinja tlaħħaq biss it-23%. F’Malta, Membri Parlamentari nisa huma inqas minn 13%. Fost oħrajn qalet li l-ugwaljanza mhix biss kwistjoni tan-nisa, imma hija kruċjali għal demokrazija b’saħħitha.