Abdulmenam al-Ghaithi, is-Sindku ta’ Derna, il-belt f’port fil-Lvant tal-Libja, qal li l-ammont ta’ persuni mejta kawża tal-maltemp jista’ jitla’ għal bejn 18,000 u 20,000 persuna. Din il-figura xokkanti turi s-severità ta’ qerda li ħalla l-għargħar f’diversi distretti wara li żewġ diegi ċedew.
S’issa hu rrapportat li d-diżastru diġà qatel mal-5,000 persuna, b’10,000 persuni oħrajn irrapportati neqsin, waqt li toroq sħaħ spiċċaw taħt l-ilma u katavri qed jiġu rkuprati minn wiċċ l-ilma.
Minkejja t-tensjonijiet politiċi bejn Tripli u Benghazi, iż-żewġ naħat qed jikkollaboraw biex jipprovdu għajnuna lill-vittmi milquta f’wieħed mill-agħar diżastri naturali fil-pajjiż Afrikan.
Sapport internazzjonali qed jiġi pprovdut minn diversi pajjiżi fosthom Malta, li bgħatet waħda mill-ikbar kontiġenti lejn il-Libja. Apparti Malta pajjiżi oħra ġirien bħall-Eġġittu u t-Tuneżija flimkien ma’ pajjiżi Ewropej oħra bħall-Italja, Spanja u t-Turkija.