In-numru ta’ persuni mejta fit-tifrik tal-bini li waqa’ fi Florida issa tela’ għal ħamsa, dan hekk kif it-tfittxijiet mill-awtoritajiet Amerikani daħlu issa fir-raba’ jum tagħhom.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll li 156 persuna għadhoma ma nstabux.
Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-kollas ta’ din il-binja enormi li fiha kienu jgħixu għexieren ta’ familji.
Intant, għal dan kollu l-President Amerikan Joe Biden, filwaqt li wera’ s-sogħba tiegħu ma’ dan l-Istat, qal li lest jgħin billi jibgħat ir-riżorsi kollha meħtieġa.