In-numru ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 f’Malta niżel taħt l-elfejn u issa hawn 1,853 każ.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numru ta’ nies rikoverati fit-taqsima għall-kura intensiva tal-isptar Mater Dei niżel għal għoxrin persuna.
Madankollu spjegat ukoll li kważi 80% tal-każijiet il-ġodda ta’ Covid-19 huma bil-varjant Ingliż.
Aċċennat li l-ġimgħa d-dieħla se jkun hemm diversi festi pubbliċi fosthom Jum il-Ħelsien u appellat għal kawtela u li l-pubbliku jibqa’ josserva l-miżuri tat-trażżin tal-Covid-19.
Qalet kif matul din il-ġimgħa ngħataw 86 multa għal nies li kissru r-regola tal-gruppi differenti li jinġabru fid-djar.
Spjegat kif din il-ġimgħa l-medja ta’ każijiet pożittivi niżlet għal 146 każ kuljum.