Il-Kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, Michelle Bachelet, wissiet illi l-attakki li qed isiru mill-Iżrael u mill-Palestinjani f’żoni ċivili b’poplazzjoni densa, kif ukoll l-użu tal-munizzjoni mill-forzi tas-sigurtà Iżraeljani kontra d-dimostranti jisgħu jfissru bħala atti kriminali tal-gwerra.
Fi stqarrija, il-Kummissarju appellat għal investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ liġi internazzjonali, filwaqt li sostniet għall-waqfien mill-vjolenza.
Bachelet appellat ukoll lill-gvern Iżraeljan biex jieħu passi biex jitwaqqaf il-vjolenza. Żiedet tgħid li hija mħassba partikolarment dwar rapporti li l-pulizija Iżraeljana naqset milli tintervjeni meta ċittadini Palestinjani fl-Iżrael kienu qed jiġu attakkati b’mod vjolenti.
Hija kkundannat liż-żewġ naħat illi qed jidhru li qed ikomplu jqanqlu aktar it-tensjonijiet milli jikkalmaw is-sitwazzjoni.