In-Norveġja trid tagħti muntanja minn tagħha bħala rigal lil Finlandja. Dan hekk kif il-Finlandja se tkun qed tiċċelebra l-100 sena minn meta ħadet l-indipendenza.
“L-idea ġietni fl-1972 meta għamilt riċerka,” qal, Geirr Harsson, ġeofiżicist rtirat f’film ġdid dwar il-proposta tar-rigal, bl-isem Battle for Birthday Mountain.
“Rajt liema kien l-ogħola post, u għan-Norveġja kienet fuq muntanja. Wara ktibt ittra lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u għidtlu bl-idea li r-rigal li għandna nagħtu lill-Finlandja mingħand in-nies tan-Norveġja għandha tkun muntanja.”
M’hemm l-ebda raġuni wara din l-għotja iżda dak hu l-punt, hekk kif l-ġest nobbli huwa xi ħaġa vera sabiħa f’dinja li l-ħin kollu tiġġieled biex takkwista biċċa art jew oħra.
F’Ottubbru tal-2016 din il-proposta ġiet irrifjutata iżda Harsson qal li mhux se jkun qed jieqaf hawn hekk kif qed jittama li bis-saħħa ta’ dan id-dokumentarju/film qasir se jkun qed ixerred il-kelma u b’hekk jakkwista s-sapport meħtieġ biex forsi l-Gvern ibiddel il-ħsieb.
Battle for Birthday Mountain from MEL Films on Vimeo.