Andres Breivik, in-Norveġiż li qatel 77 persuna f’massakru li seħħ fl-2011 f’Oslo, illum mistenni jagħmel talba lill-qorti Norveġiża sabiex jinħeles qabel iż-żmien għas-sentenza li kien ingħata.
Breivik diġà serva għaxar snin mill-21 sena sentenza tiegħu.
L-esperti qalu li probabbilment huwa ma jingħatax il-ħelsien qabel iż-żmien.
It-terrorista tal-lemin estrem ma wera l-ebda rimors mindu wettaq il-massakru. Il-psikjatra, li ilha ssegwi lil Breivik sa mill-2012, saħqet li matul is-snin ftit li xejn innotat bidla fl-imġieba tiegħu.