Il-Linja tal-Ajru Tniedi Sale tas-sajf mhux ippjanat. M’għandekx għalfejn tħallas prezzijiet għaljin biex tibbukkja btajjel mhux ippjanati mal-Air Malta għaliex għada, il-linja tal-ajru se tkun qed tniedi sale bi skont li jasal sa 45% fuq in-nollijiet Go Smart tagħha li jinkludu lbagalji rreġistrati.
L-iskont huwa disponibbli għal 24 siegħa biss, nhar il-Ħamis, 2 ta’ Awwissu. Il-klijenti jistgħu jibbenefikaw minn skont ta’ 25% għal vjaġġi matul ix-xahar ta’ Awwissu, skont ta’ 35% għal vjaġġi f’Settembru u skont li jasal sa 45% meta jivvjaġġaw matul ix-xahar ta’ Ottubru. Din l-offerta hija valida fuq in-nollijiet Go Smart kollha li jinkludu bagalja rreġistrata ta’ 23kg mingħajr ħlas, li għalhekk toffri valur tajjeb għallflus. Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. L-iskont huwa validu biss permezz tas-sit web tal-Air Malta fuq www.airmalta.com. Jistgħu japplikaw termini u kundizzjonijiet.
L-offerta hija disponibbli fuq id-destinazzjonijiet kollha tal-Air Malta li jinkludu; Amsterdam, Birmingham, Bucharest, Bristol, Brussell, Cagliari, Katanja, Casablanca, Comiso, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Kiev, London Gatwick, London Heathrow, London Southend, Lisbona, Lyon, Malaga, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Palermo, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Praga, Ruma, San Pietruburgu, Tel Aviv, Tabres – Lourdes, Tuneż, Vjenna, Venezja, Zurich, Katanja – London Southend, Cagliari – London Southend u Katanja – Vjenna.
Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta