Meded kbar fin-Nofsinhar tal-Ewropa qed ikomplu jinħanqu bi sħana record, hekk kif nirien qed jinfirxu madwar il-kontinent.
Il-bieraħ it-temperaturi laħqu 46.3C fi Sqallija, filwaqt li fil-Greċja u fl-Alpi Żvizzeri, nirien kbar kellhom jiġu ikkontrollati.
Il-biċċa l-kbira tal-ibliet ewlenin tal-Italja jinsabu fuq allert aħmar, li jfisser li s-sħana estrema hija ta’ riskju għas-saħħa ta’ kulħadd, mhux biss għal gruppi vulnerabbli.
Ix-xjentisti jgħidu li t-tibdil fil-klima qed jikkawża perjodi itwal u aktar frekwenti ta’ sħana intensiva.
Madwar id-dinja, miljuni ta’ nies qed jintlaqtu minn temp estrem; minn temperaturi dejjem jogħlew fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina, għal xita qawwija fl-Asja tal-Lvant.
L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) wissiet li l-mewġ tas-sħana se jsir aktar qawwi fis-snin li ġejjin, u li temperaturi estremi jenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar azzjoni klimatika.
Operazzjoni ta’ tifi ta’ nirien fil-Greċja