Sal-aħħar tas-sena 2016, il-popolazzjoni f’Malta kienet ta’ 460,297 b’11.8% bl-età ta’ kemm wieħed hu mistenni li jgħix turi kif in-nisa se jgħixu aktar mill-irġiel.
L-età ta’ kemm wieħed hu mistenni li jgħix mit-twelid hu ta’ 80.6 snin għall-irġiel filwaqt li għan-nisa hu ta’ 84.4 snin, filwaqt li l-età ta’ kemm wieħed hu mistenni li jgħix għal dawk li għandhom 65 sena hu ta’ 19.7 sena għall-irġiel u 22.1 sena għan-nisa.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistiki wera kif meta mqabbel mas-sena 2015, kien hemm żieda fil-popolazzjoni u dan minħabba li aktar barranin għażlu biex jiġu jgħixu fil-gżejjer Maltin, bi 11.8% tal-popolazzjoni jkunu barranin. Fost l-460,297, 17% huma żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena, filwaqt li 18.8% tal-popolazzjoni huma persuni ‘l fuq minn 65 sena.