Skont statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, pajjiżna għandu l-ogħla età ta’ ħajja b’saħħitha fit-tul mit-twelid.
Iċ-ċifri juru li b’rata aktar minn 73 sena, Malta għanda l-ogħla età ta’ nisa li igawdu min ħajja twila u b’saħħitha filwaqt li fir-rigward ta’ dik li tal-irġiel, pajjiżna jokkupa t-tieni post, fejn l-età hija ta’ ftit inqas minn 73 sena.
Dan filwaqt li l-età medja Ewropea hija dik ta’ 64.2 sena għal-irġiel u 65.1 sena għan-nisa.
Dan ifisser li Malta hi madwar tmien snin ogħla mill-medja Ewropea.
Il-pajjiżi li għandhom l-inqas ħajja twila u b’saħħtiha għall-irġiel kienu l-Latvja bi ftit aktar minn 52 sena u l-Estonja bi ftit inqas minn erbgħa u ħamsin sena.
Fir-rigward tan-nisa, l-aktar pajjiżi li jgawdu minn ħajja qasira u mhux b’saħħitha huma l-Latvja bi ftit aktar minn erbgħa u ħamsin sena u l-Finlandja bi ftit iktar minn ħamsa u ħamsin sena.
L-età tal-ħajja aktar b’saħħitha għan-nisa fl-Unjoni Ewropeja kienet bħala medja, ħames snin u nofs ogħla minn dik għall-irġiel.