Nisa li ma tħallewx jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom.
Nisa esposti għal vjolenza fiżika, emozzjonali jew psikoloġika.
Nisa li kien ilhom ġimgħa ma jorqdu, jew li kien ilhom ġimgħa ma jinħaslu.
Nisa li sabu ħin opportun biex jaħarbu, u telqu b’ta’ fuqhom senduqhom.
Nisa li kellhom jgħaddu lilhom u lill-uliedhom b’€150 fil-ġimgħa.
Nisa b’ulied ta’ ftit xhur biss u ebda tama li xi darba għad iqumu fuq saqajhom.
Dawn kollha huma xenarji li rat tul iż-żmien Dar Merħba Bik f’Ħal Balzan. F’din l-intervista, Elaine Pavia tgħidilna li s’issa għaddew 3,400 mara minn din id-dar – u dan minbarra wliedhom. Elaine, li tmexxi din id-dar, kellmitna wara li kien iffirmat ftehim mal-Gvern. Issa Dar Merħba Bik għandha kuntratt ta’ €342,400 fuq tliet snin.
https://www.youtube.com/watch?v=txMXnlQc-Jg