F’messaġġ li tellgħu fuq il-midja soċjali, in-Nisa Laburisti qalu li Malta llum qed tibki t-telfa ta’ mara oħra u omm ta’ żewġt itfal kawża tal-vjolenza domestika.
“Bernice, is-soċjetà fallietek. Tlifnik minkejja li stajna nsalvawlek ħajtek,” kitbu n-Nisa Laburisti. “Minkejja li stajna nipproteġuk meta inti urejtna li kont għaddejja mit-tbatija. Fallejna lilek u lil uliedek li issa spiċċaw mingħajr omm. Każ bħal dan għandu jiftħilna għajnejna biex inqumu fuq tagħna u niġġieldu l-vjolenza domestika. Nieħdu azzjoni f’waqtha għax jaf ikun tard wisq.”
In-Nisa Laburisti appellaw lill-Pulizija biex, quddiem rapporti ta’ vjolenza domestika, ma jagħlqux l-anqas għajn waħda, jieħdu azzjoni u, fuq kollox jipproteġu lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Saħqu li azzjoni mhux f’waqtha tista’ tkun tard wisq.