Wara deċennji sħaħ ta’ dik li ħafna ħassew li kienet liġi diskriminatorja, in-nisa bdew jitħallew isuqu fl-Arabja Sawdija.
Il-bidla tħabbret f’Settembru li għadda, u proprju dan ix-xahar, l-Arabja Sawdija bdiet toħroġ l-ewwel liċenzji għan-nisa.
Dan kien l-uniku pajjiż fid-dinja li fih in-nisa ma kinux jitħallew isuqu, u l-bidla saret fi sfond t’attivisti nisa u rġiel – li kkampanjaw bla preċedent għal dan id-dritt.