L-istudenti msiebħa f’edukazzjoni terzjarja f’pajjiżna żdiedu b’5.1% fuq medda ta’ sena.
Dan bejn is-sena akkedemika 2014/2015 u l-2013/2014. Studenti nisa issuperaw studenti rġiel.
Infatti studenti nisa kienu 56% tal-istudenti kollha f’edukazzjoni terzjarja. Iż-żieda fost studenti nisa kienet 6.9%, filwaqt li l-irġiel żdiedu b’2.8%.
L-irġiel kellhom preżenza ikbar fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, l-inġinerija, il-manifattura, il-kostruzzjoni, l-agrikoltura u s-sajd fost oħrajn. In-nisa imbagħad eċċellaw fl-edukazzjoni (80% tan-nisa kollha f’edukazzjoni terzjarja), is-saħħa, ix-xjenzi soċjali, il-ġurnaliżmu u l-informazzjoni.
Studenti li kienu qed jagħmlu Bachelor’s jew kors ekwivalenti telgħu għal 53.2% tal-istudenti kollha f’livell terzjarju.
It-tieni l-ikbar ammont ta’ studenti f’edukazzjoni terzjarja kienu qed jagħmlu Masters. Mill-istudenti kollha f’edukazzjoni terzjarja, 6.2%