Il-Partit Nazzjonalista hu maħkum minn negattivita’ inkredibbli tant li għad-deputata Nazzjonalista Claudette Butigieg, in-nisa Maltin huma l-agħar fl-Ewropa.
Nisa Laburisti saħqu li għall-Partit Laburista, in-nisa Maltin għandhom il-kwalitajiet kollha biex ikunu l-aqwa fl-Ewropa
Din hi differenza bejn il-moviment mibni madwar il-Partit Laburista li jħobb lil Malta , u l-Partit Nazzjonalista li jaħdem kontra Malta u jkun negattiv fuq kollox u jgħajjar lil kulħadd.
Minflok jikkritika mingħajr soluzzjonijiet , il-PN kien ikun aktar kredibbli li kieku pparteċipa fil-Kunsill Konsultattiv, u mhux wara sena u nofs mit-twaqqif tiegħu, l-Oppożizzjoni m’attendietx għal laqgħa waħda tal-istess Kunsill.
Nisa Laburisti fissru kif dan il-Gvern jaġixxi b’differenza sabiex f’Malta jkun hawn ugwaljanza anke fir-rappreżentanza fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Dan filwaqt li n-nisa li jaħdmu żdiedu b’aktar minn 33,000 meta mqabbel mal-2012. Dan ifisser żieda ta’ madwar 12%.
Dan kien possibli għax is-surplus issaraf f’childcare centres b’xejn, għall-inwork benefits u inċentivi oħra biex il-familji Maltin u Għawdxin ikomplu jtejbu il-livell tal-ħajja.