Digrieti rjali ġodda tal-Arabja Sawdija jgħidu li n-nisa jistgħu jivvjaġġaw ‘il barra mill-pajjiż mingħajr il-permess tar-raġel.
Permezz ta’ liġi ġdida mħabbra fil-jum tal-Ġimgħa, nisa li għandhom 21 sena ‘l fuq jistgħu japplikaw għal passaport.
Qabel, biex mara jkollha passaport, ried ikollha l-awtorizzazzjoni tar-raġel.
B’hekk, in-nisa tpoġġew fuq l-istess livell tal-irġiel fl-applikazzjoni għal passaport u vjaġġar.
Id-digrieti rjali jagħtu wkoll id-dritt lin-nisa biex jirreġistraw twelid, żwieġ u anke divorzju.
Barra minn hekk, l-opportunitajiet tan-nisa fid-dinja tax-xogħol komplew jikbru, hekk kif issa kull ċittadin għandu d-dritt li jaħdem mingħajr diskriminazzjoni ta’ sess, diżabiltà jew età.
Ritratt: EPA