In-Nisa fl-Afganistan jinsabu taħt theddida mit-Taliban. Dan anke wara li f’Awwissu li għadda, meta wara 20 sena reġgħu ħadu l-kontrol tal-pajjiż f’idhom, it-Taliban kienu qalu li se jmexxu b’differenza mis-snin 90.
Iżda, il-filmat li tellgħat Tamanna Paryani, jixhed li huma jinsabu mhedda u li n-nisa qed jaraw dak li bnew fl-aħħar 20 sena jispiċċa fix-xejn.
Paryani, li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ingħaqdet ma’ numru ta’ nisa oħra fi protesta bdew jitolbu dak li hu bi dritt tagħhom, jiġifieri li jitħallew jaħdmu u anke jitgħallmu.
Waqt l-istess protesta, il-forzi tat-Taliban użaw il-peper spray biex iwaqqfu d-dimostranti. Kien hemm f’xi waqtiet li anke xxukjawhom, b’xokkijiet elettriċi.
Nhar il-Erbgħa li għadda imbgħad, irġiel armati sa snienhom daħlu f’forza fl-appartament ta’ Paryani f’Kabul. Dak il-ħin hija kienet flimkien ma’ ħutha.
Fil-filmat li poġġiet fuq il-mezzi soċjali hija talbet bil-ħniena għall-għajnuna.