Il-mara llum qed issib ruħha fi rwoli diversi fi ħdan il-korp tal-Pulizija. Tant hu hekk li 20% tal-Pulizija huma nisa.
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari dwar liemabranki fil-Korp tal-Pulizija m’hemmx membri nisa, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela wieġeb li dawn huma l-garaxx tal-Pulizija, jiġifieri xufiera, fit-taqsima taż-żwiemel u fit-taqsima tas-‘seaport port control’.
Din l-informazzjoni tindika li hemm bżonn aktar ħidma biex rwoli ikun hemm aktar ħidma favur rappreżentanza aħjar fi rwoli li awtomatikament nassenjawhom lill-irġiel.
Iżda turi wkol li llum-il ġurnata hemm preżenza femmili f’setturi li sa ftit ilu kienu jitqiesu tajbin għall-irġiel biss ukoll. Dawn huma setturi bħall-forensika, CID, il-vice squad, l-iskwadra ta’ kontra d-droga, l-iskwadra li taħdem fuq immigrazzjoni u r-Rapid Intervention Unit.
Fil-Parlament il-Ministru qal li dan huwa riżultat ta’ kemm il-mara, bil-kapaċitajiet tagħha qed tilħaq rwoli vitali għall-protezzjoni tas soċjetà u kemm fuq il-post tax-xogħol qed tinħoloq klima favur l-ugwaljanza.