Għexieren ta’ nisa f’Kabul u f’postijiet oħra fl-Afganistan ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern interim tagħhom li huwa magħmul kollu mill-irġiel.
Dan sar minkejja li t-Taliban kien qal li se jkun qed jifforma Gvern inklusiv b’rappreżentanza femminili.
Id-dimostranti tennew l-għajta li huma mhux se jaċċettaw Gvern mingħajr nisa fl-irwol ta’ ministri.
Qed jiġi rrapportat ukoll illi xi nisa ġew imsawta qabel ma ġew sfrattati l-protesti.