L-awtoritajiet Awstraljani wissew li n-nirien bla rażan fil-foresti fl-istati ta’ New South Wales u Queensland mistennija jkomplu jippersistu u jkunu ta’ theddida, minkejja li l-kundizzjonijiet “katastrofiċi” jidhru li qed jonqsu.
Mal-150 bushfire għadhom ma ntfewx fiż-żewġ stati, fejn inqerdu għexieren ta’ djar.
Il-Gvern Awstraljan ma weġibx mistoqsijiet dwar jekk it-tibdil fil-klima jistax kien ir-raġuni wara n-nirien.
Fl-aħħar jiem, tliet persuni mietu, u aktar minn mitejn dar inqerdu għalkollox, kawża ta’ dawn in-nirien.
Ritratt: Getty Images