Persuna nstabet mejta ġewwa żona fejn inhakem in-nirien ħdejn Adelaide fl-Awstralja ta’ isfel nhar is-Sibt, jumejn wara li żewġ pompieri voluntiera nqatlu minn siġra li qed taqa’ fl-aktar Stat popolat tal-pajjiż dak ta’ New South Wales.
Madwar 3,000,000 ettaru tal-art safa maħruq madwar il-pajjiż matul staġun ħarx kawza ta’ nirien li qatel disa’ persuni u gew meqruda aktar minn 800 djar.
Il-Prim Ministru Scott Morrison ġie mġiegħel jitlob skuża talli kien għaddej vaganza mal-familja lejn il-Hawaii matul din il-krizi. Huwa qal li kien se jaqta’ l-vaganza tiegħu qasira u kien mistenni li jirritorna f’ Sydney is-Sibt.
In-nirien kienu mistennija li jiggravaw hekk kif it-temperaturi fil-punent ta’ Sydney kienu mbassra li jolqtu 47 grad waqt li zdiedet il-qawwa tar-rih.
Il-kundizzjonijiet katastrofiċi ta’ nar huma ħżiena hafna u dawn huma l-agħar kundizzjonijiet u dan qed iqajjem tħassib serju ħafna.
Toroq barra minn Sydney ingħalqu u l-awtoritajiet talbu lin-nies biex imexxu l-ivvjaġġar fil-bidu tal-perjodu tal-ivvja ġġar tal-Milied okkupat.
Avolja jinsabu biss erbat ijiem qabel il-Milied qrib il-10,000 persunal ta’ emerġenza qed jaħdem madwar l-Istat
sabiex iżommu l-familji sikuri.
Nhar il-Ħamis, fl-NSW ġie ddikjarat Stat ta ‘ emerġenza ta ‘ sebat ijiem għall-ewwel darba mill-2013.