Ir-rekord ta’ nirien fil-foresta tropikali tal-Amażonja fil-Brażil seħħew fl-istess żmien li kien hemm tnaqqis qawwi fil-multi mogħtija b’rabta ma’ ksur ta’ liġijiet ambjentali.
Dan ħareġ minn analiżi li sar mill-BBC bid-data uffiċjali turi li l-multi mogħtija mill-aġenzija ambjentali fil-Brażil bejn Jannar u t-23 ta’ Awwissu naqsu bi kwart meta kkumparat mal-istess perjoda tas-sena li għaddiet. Fl-istess waqt l-ammont ta’ nirien fil-Brażil żdiedu b’83%.
Għadu mhux magħruf kemm minn dawn in-nirien tqabbdu apposta iżda bosta qed jakkużaw lill-amministrazzjoni tal-President Jair Bolsonaro li huma l-kawża wara l-qerda tal-foresta tropikali minħabba kultura ta’ impunità.