Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, qal li n-nirien kbar li ħakmu l-foresta Amażon għandha titqies bħala kriżi internazzjonali fejn għandha titpoġġa fuq nett tal-aġenda waqt il-G7 summit.
F’messaġġ fuq Twitter hu kiteb “id-dar tagħna qiegħda tinħaraq.”
Il-President Brażiljan, Jair Bolsonaro rrisponda lil Macron fejn akkużah li qed juża din il-kwistjoni bħala vantaġġ politikament.
Qal kif is-sejħa biex dawn in-nirien jiġu diskussi waqt il-G7 summit, liema summit il-Brażil mhuwiex parti minnu, huwa ħsieb kolonjalist.
Ritratt: Emmanuel Macron/ Instagram