In-nirien f’kumpless tax-xiri fir-Russja li ħallew 64 persuna mejta; 41 minnhom tfal, kienu kkawżati minn dik li l-President Russu Vladimir Putin sejjaħ bħala negliġenza kriminali.
L-investigaturi qalu li l-fire alarm kien mitfi u li l-ħruġ tal-emerġenza kienu mblukkati.
Kienu mijiet ta’ persuni li nġabru biswit il-kwartieri tal-Gvern u talbu spjegazzjoni mill-awtoritajiet.
Għalkemm għadu mhux magħruf kif beda n-nar, il-kumpless tax-xiri “Winter Cherry” qed jaffaċċja akkużi serji ta’ ksur ta’ liġi.
In-nirien bdew fis-sular ta’ fuq tal-kumpless fejn hemm is-swali taċ-ċinema; u raw is-sehem ta’ aktar minn sitt mitt pumpier biex ġew ikkontrollati.