Stħarriġ magħmul minn kumpanija Ġermaniża, maħruġ mill-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi indika li l-ħamrija tal-Magħtab u ż-żoni tal-madwar ftit li xejn kellhom traċċi tossiċi wara li fl-aħħar t’Awwissu, is-sit inħakem minn nirien.
Dan ifisser li ma ġewx affettwati b’mod ħażin l-uċuħ tar-raba’. Intant, f’kummenti lill-media l-Uffiċjal tal-Awtorità Mark Scerri spjega kif il-pubbliku jista’ jserraħ rasu mill-uċuħ tar-raba’ mkabbra f’dawn l-inħawi.
Huwa kompla jgħid li jinsab sorpriż li l-kimiċi tossiċi fil-kampjuni tal-ħamrija, għalkemm is-sors tagħhom huwa ħruq mill-plastik, ma jirriżultax li ġejjin min-nirien li ħakmu l-impjant tal-Wasteserv. Dan hekk kif instab livell għoli ta’ dijossina u furani u allura jfisser li hemm affarijiet oħra li huma s-sorsi ta’ dawn is-sustanzi.