In-nirien li fl-aħħar sigħat ħadu biswit iż-żona abbadunata ta’ Chernobyl issa jinsabu taħt kontroll. Dan ikkonfermawh l-awtoritajiet Ukreni wara li wrew tħassib li dawn in-nirien se jeqirdu s-sit storiku. Dawn jidher li waslu sa kilometru ‘l bogħod mis-sit qabel ma ġew ikkontrollati.
Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-Pulizija fl-Ukrajna arrestat raġel ta’ 27 sena li qed huwa suspettat li ta n-nar fil-foresta fiż-żona.