Ftit sigħat wara li l-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern akkwista Villa Gwardamanġa, l-uniku residenza tar-Reġina Eliżabetta II barra r-Renju Unit, is-Sindku tal-Pietà Keith Tanti rreaġixxa waqt il-programm ONE Breakfast.
Is-Sur Tanti spjega kif bħala kunsill ilu jimbotta din l-idea biex din il-binja tiġi f’idejn l-awtoritajiet u tiġi restawrata.
Il-Prim Ministru kien spjega li din il-binja għandha l-potenzjal li tkun fost l-aqwa ħames destinazzjonijiet turistiċi f’pajjiżna u s-Sindku qal li jinsab sodisfatt li l-komunità tal-Pietà se tkun involuta fid-diskussjonijiet dwar l-impatt li jista’ jkun hemm.
Segwi x’intqal
https://www.facebook.com/ONE.com.mt/videos/2446239035488907/