Il-gvern ma waqafx jara kif se jqassam fost kullħadd il-ġid u l-frott tal-investiment li qed jikseb b’ ħidma bla qatigħ. “Kull Malti u Għawdxi, anka Simon Busuttil, jaf lil dan il-pajjiż jinsab aħjar illum milli kien 3 snin ilu” irrimarka Joseph Muscat fiċ-ċentru Laburista ta’ Ħal Għaxaq. F’ messaġġ ta’ kuraġġ u pożittività, il-Prim Minsitru stqarr li minkejja li pajjiżna dieħel fi żmien bla preċedent, fejn se jkollu t-tmun tal-Unjoni Ewropea f’ idejh fi żmien delikat ħafna, mhijiex se tonqos id-dedikazzjoni lejn il-ħidma fuq bażi lokali. “Ir-responsabilita tagħna lejn il-pajjiż u n-nies tkompli tikber” sostna l-Prim Ministru.
L-EWWEL DARBA LI L-PAJJIŻ QED JIPPJANA GĦALL-FUTUR
Il-ħolma tal-Perit Mintoff, li pajjiżna mhux biss joħloq biżżejjed xogħol għall-Maltin iżda anka għall-barranin, issa qed issir realtà, saħaq Joseph Muscat, għaliex bir-rekords ta’ impjieg illum mhux biss hawn l-inqas rata ta’ qgħad fost il-Maltin iżda hemm bżonn tal-barranin biex l-investituri f’ pajjiżna jissodisfaw it-talba tal-impjegati.
Madanakollu fakkar kif dan l-influss ta’ barranin joffri sfida għall-pajjiż f’ oqsma t’ infrastruttura, edukazzjoni, żamma ta’ indafa. Muscat saħaq li l-gvern huwa lest li jħares ‘il quddiem, u jaħseb mhux biss għall-pajjiż tal-lum imma ta’ għada. Xhieda ta’ dan huwa l-masterplan ta’ Paceville, l-ewwel pjan tat-tip tiegħu li jħares daqstant lejn l-ippjanar fit-tul.
“Dan il-gvern wiret dejn , defiċit, qgħad iżda ħa jħalli finanżi fis-sod veru, ġid fil-kaxxa ta’ Malta, xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin.”
Ir-rata ta impjiegi fi tliet snin aktar minn dik f’tlettax-il sena
AIRMALTA – “INQABBLU FEJN JAQBEL LIL PAJJIŻNA”
Il-gvern se jkompli jinnegozja ma’ kull min hemm bżonn biex insalvaw il-linja tal-ajru u l-impjiegi- stqarr il-Prim Ministru.
Fakkar li huwa illegali li, kif qal il-Kap tal-Oppozizzjoni, li l-Airmalta toħroġ l-ishma tagħha għall-bejgħ.
Il-Problema tal-Airmalta mhijiex waħda finanżjarja, l-Airmalta għandha bżonn sieħeb strateġiku li jgħaqqadha ma’ network internazzjonali li jgħin lill-kumpanija jinnegozja kuntratti tajbin. Sigriet magħruf li jagħmel linji tal-ajru oħra iktar kompetittivi.
Il-Gvern jibqa jesplora alternattivi għall-Airmalta
BAĠIT LI JSAĦĦAĦ IX-XIBKA SOĊJALI TA’PAJJIŻNA
Fil-baġit li ġej il-gvern se jissokta fuq il-passi tal-aħħar tlett baġits- it-twettieq ta’ dak imwiegħed permezz ta’ pjan ċar u iffukat.
S’issa l-baġits kienu mfassla biex kull min seta’ joħroġ jaħdem, jingħata l-għajnuna l-inċentivi biex jagħmel dan- pjan li l-istatistika turi li ħadem sew.
Iżda issa, saħaq Muscat, wasal iż-żmien li nirrikonoxxu li hemm nies li ma jistgħux jaħdmu. Il-baġit għall-2017 se jkun wieħed “li jiġġieled kontra l-faqar, favur il-mobilità soċjali biex ix-xibka soċjali ta’ pajjiżna tissaħħaħ ħafna iktar milli qatt kienet fl-istorja ta’ pajjiżna” sostna Muscat.
Se tissokta wkoll l-ġlieda kontra l-abbużi tas-sistemi soċjali, għaliex fi kliem il-Prim Minsitru, li tħenn ma jfissirx li tħalli l-abbużi.
Il-baġit għas-sena d-dieħla se jkun qed jiġi preżentat fis-17 ta’Ottubru
IL-ĦDAX-IL ROĦS FIL-PREZZ TAL-FJUWIL
Il-prezz tal-fjuwil se jerġa jorħos minkejja li l-prezz taż-żejt internazzjonali ogħla b’ 6%- dan permezz tal-viżjoni fit-tul tal-gvern. Kuntrast qawwi mal-istrateġija ta’ gvern nazzjonalista li kien iħalli l-prezzijiet jogħlew bla rażan u bla stabilita.
Il-Prim Ministru saħaq li mhuwiex se jħalli lill-pajjiżna “jagħmlu, xjagħġmlu t-trends internazzjonali, l-kontijiet ta’ dan il-pajjiż se jibqgħu irħas”. Dan huwa possibbli, billi pajjiżna jġib l-aħjar deals.
Jerġgħu jorħsu l-prezzijiet tal-fjuwil
SIMON BUSUTTIL QED JITRADIXXI LILL-PARTIT NAZZJONALISTA
Simon Busuttil mhux lest li jirrikonoxxi l-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż, u dan għad-detriment mhux biss tal-partitarji tiegħu iżda ta’ Malta. Il-Prim Ministru għamel referenza għall-proposti ‘bl-addoċċ, frott il-paniku” ta’ Simon Busuttil li jew ma jagħmlux sens jew diġa qegħdin fl-aġenda tal-gvern. Proposti li ma dehru imkien fil-manifesti elettorali tal-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali, li kiteb hu stess.
Anke fuq temi li fuqhom hemm qbil Simon Busuttil jibqa negattiv