Matul dan is-Sajf il-volontiera tal-Emergency Response and Rescue Corps għamlu tindif f’diversi bajjiet turistiċi madwar Għawdex u Kemmuna. Dawn il-bajjiet jinkludu r-Ramla, Mġarr ix-Xini, Ħondoq, Dwejra u Marsalforn f’Għawdex kif ukoll il-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Matul din il-clean up ittella’ numru kbir ta’ skart li n-nies ramew fil-baħar – fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ, ħwejjeġ, umbrellel u saħanistra tyres tal-karozzi.
Dan it-tindif seta jsir permezz tal-għajnuna finanzjarjza mill-iskema ‘Be Active’ mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ.