Illum fil-11am, Dr Robert Abela se jkun qed jieħu l-ġurament ta’ Prim Ministru ta’ Malta fil-Palazz tal-President il-Belt.
Robert Abela se jieħu l-ġurament bħala l-erbatax-il Prim Ministru ta’ Malta tal-erbatax-il leġislatura mill-Indipendenza ’l hawn.
Dr Abela se jkun qed jagħmel il-ħalfa quddiem il-poplu Malti skont artiklu 80 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Wara l-Prim Ministru flimkien ma’ martu Lydia Abela u binthom Giorgia Mae se jkunu qed imorru lejn Kastilja fejn anki jsellmu lin-nies.
In-nies huma mħeġġa jmorru l-Belt jagħtu merħba sabiħa lil Robert Abela għall-ewwel mandat tiegħu, hekk b’saħħtu.
Robert Abela huwa l-aktar Prim Ministru b’mandat b’saħħtu fl-istorja.