Fil-messaġġ lin-nazzjon li fih ħabbar li se jinbeda proċess għall-mexxej ġdid tal-Partit Laburista, Joseph Muscat tkellem dwar kif l-aħħar seba’ snin kienu snin sbieħ għal Malta. Snin li raw lill-pajjiżna jistejqer ekonomikament biex sirna l-aqwa ekonomija fl-Ewropa.
“Sibna pajjiż b’iktar minn 7,000 persuna mingħajr xogħol. Illum waħda mill-ikbar problemi li għandu pajjiżna hija li m’hawnx biżżejjed nies biex jimlew il-postijiet tax-xogħol li qed noħolqu.
Kburi bir-riformi li għamilna fl-oqsma tal-ġustizzja soċjali u drittijiet ċivili.”
Joseph Muscat tkellem dwar kif bil-miżuri tiegħu l-Gvern tella’ eluf ta’ nies mill-faqar u nħolqot middle-class gdida.
“Żidna l-pensjonanti sena wara l-oħra. Naqqasna t-taxxi, u ma żidnix taxxa waħda illi hija waħda fl-aħħar tliet snin. Ħloqna pajjiż fejn il-familji jinsabu aħjar għax raħħasna l-kontijiet mingħajr preċedent. U biddilna l-mod ta’ kif niġġeneraw l-enerġija biex neħħejna t-trabijiet fl-arja fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.”
Il-Prim Ministru semma l-iżvilupp f’Għawdex u t-twettiq ta’ wegħdi kbar bħaċ-child care b’xejn u l-proġett kbir għal housing soċjali li għaddej bħalissa.
“Fuq kollox, illum għandna ġenituri li qed irabbu trabi permezz ta’ proċeduri ġodda li daħħalna għal IVF fl-isptar ġenerali. Miżuri oħra li għenu ġenituri jaddottaw.
Rajna li nagħmlu soġjeta’ aktar ġusta u li l-imħabba tkun ugwali għal kulħadd bi żwieġ bejn koppji tal-istess sess u li anke dawn il-koppji jkunu jistgħu jrabbu wliedhom.”
Qal li filwaqt li qatt ma tgħamel biżżejjed sar ħafna għal dawk li kienu lura u nqalgħu mill-faqar permezz ta’ dawn il-miżuri.
“Eluf kbar ta’ nies li jitkellmu biss mal-familja tagħhom fuq il-mejda tal-ikel u fuq il-post tax-xogħol, li jafu li mxew ‘il quddiem għax pajjiżna mexa ‘il quddiem. Dawn huma parti mill-maġġoranza kbira siekta li jiddefinixxu x-xogħol li wettaqna u li jappoġġjaw lil dan il-Gvern.”