Skont investigazzjoni mħejjija mill-gazzetta New York Times, il-militar Amerikan għatta attakk li qatel diversi persuni fis-Sirja.
L-attakk li sar fl-elfejn u dsatax fuq l-Istat Iżlamiku qatel tmenin persuni iżda sittax biss minnhom ġew identifikati bħala miltanti tal-grupp.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-New York Times qalet li qatt ma saret investigazzjoni indipendenti u uffiċjali ammettaw li sar l-attakk għall-ewwel darba imma nsistew li l-attakk kien ġustifikat.
L-uffiċjali qalu li ma kinux ċerti jekk il-bqija tan-nies li nqatlu kinux nies ċivili jew militanti.