Rachele Mussolini, li tiġi n-neputija tal-eks dittatur faxxista Benito Mussolini kisbet l-akbar ammont ta’ voti fl-elezzjonijiet lokali ta’ Ruma.
Hija kkontestat dawn l-elezzjonijiet f’isem il-partit tal-lemin estrem, Fratelli d’Italia.
Rachele Mussolini ġabet aktar minn 8,200 vot.
F’intervista ma’ gazzetta Taljana, Rachele Mussolini xejnet ir-riżultat li kisbet minħabba kunjomha.
Missier Rachele, Romano huwa r-raba’ tifel tad-dittatur faxxist.
Oħt Rachele, Alessandra serviet bħala Membru Parlamentari Ewropew bejn l-2014 u l-2019.