Xjentisti qed jgħidu li n-nemel jafu jsibu rotta billi jsegwu r-rotta b’kumpass, anke jekk ma jkunux qed iħarsu fid-direzzjoni t-tajba.
Esperimenti qed jissuġġerixxu li n-nemel iżommu mar-rotta t-tajba billi jimxu mal-pożizzjoni tax-Xemx fis-sema u wara jikkombinaw b’informazzjoni viżwali li jsibu fil-madwar.
In-nemel huma vera magħrufa fid-dinja tal-insetti minħabba l-abiltà tan-navigazzjoni.
Xjentisti qalu li minkejja ċ-ċokon tan-nemel, il-moħħ tan-nemla hu vera soffistikat.