Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ċaħad kategorikament rapport ippubblikat illum il-Ħadd 16 ta’April 2017, fil-gazzetta MaltaToday bit-titlu ‘White Rocks project hits the rocks’.
Il-Ministeru ikkonferma li kuntrarjament għal li qed jiġi rrappurtat, in-negozjati bejn il-Gvern u l-aqwa offerent White Rocks Development Company għadhom għaddejjin b’mod progressiv.
Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar afferma mill-ġdid l-impenn tal-Gvern li jimmassimizza l-potenzjal ekonomiku, ambjentali, u turistiku ta’ dan is-sit li għal snin twal tħalla abbandunat u dilabitat.