Kien ftit ta’ xhur ilu li rrappurtajna kif b’€14-il miljun ewro minn fondi Ewropej, se jkun riġenerat il-crafts village f’Ta’ Qali. Aħbar li ntlaqgħet b’entużjażmu min-negozjanti taz-zona.
Mhux biss, il-fondi Ewropej fissru li ħolma għan-negozjant fiz-zona se ssir realtà. Iltqajna man-negozjant Joe Galea li spjegalna kif il-ħolma li jkabbar in-negozju tiegħu tiswa miljun u ħames mitt elf ewro.