L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda vvutat biex tikkundanna l-attentat tar-Russja biex taħtaf erba’ reġġjuni Ukreni.
B’kollox, 143 pajjiż, fosthom Malta, ivvutaw favur din il-kundanna, filwaqt li 35 pajjiż ieħor astjenew. Apparti minn hekk, Ir-Russja, l-Belarus, il-Korea ta’ Fuq, is-Sirja u n-Nikaragwa ivvutaw kontra.
Dan il-vot ta’ kundanna huwa l-aktar wieħed li ġab voti favur mill-bidu tal-kunflitt, u huwa riżultat ta’ sforz mir-Russja biex l-erbgħa reġġjuni okkupati mir-Russja isiru parti mir-Russja.
Il-vot ifisser li l-komunità internazzjonali mhux se tagħraf dawn l-erba’ reġġjuni bħala parti mill-Federazzjoni Russa.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky laqa’ dan il-vot, fejn qal li issa d-dinja tkellmet, u kif dan l-attentat tar-Russu biex taħtaf l-artijiet Ukreni mhux se jiġi rikonoxxut minn nazzjonijiet ħielsa.