Illum, in-Nazzjonijiet Magħquda se tkun qed tieħu vot dwar jekk ir-Russja għandhiex titkeċċa mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem il-UNHCR. Dan wara rapporti ta’ atroċitajiet imwettqa fl-Ukrajna fejn it-truppi Russi qed jokkupaw.
Il-vot se jittieħed hekk kif l-Amerika resqet riżoluzzjoni wara li ħarġet evidenza ta’ qtil ta’ persuni ċivili f’Bucha, l-Ukrajna.
Ir-riżoluzzjoni għandha tikseb żewġ terzi tal-voti biex in-Nazzjonijiet Magħquda tkun tista’ tkeċċi lir-Russja mill-kunsill imsemmi.
Intant, ir-Russja kkundannat din ir-riżoluzzjoni u tenniet li jekk jgħaddi l-vot, se jkun ifisser li se tonqos l-effettività f’dan il-kunsill.