In-Nazzjonijiet Magħquda appellaw lil Myanmar sabiex b’mod immedjat iwaqqfu l-bejgħ tal-armi. Dan fid-dawl tal-episodji koroh li għadda minnhom il-pajjiż waqt kolp ta’ stat mill-militari fi Frar li għadda.
L-Assemblea Ġenerali adottat reżoluzzjoni li tikkundanna l-militar li ħa bil-forza r-riedni tal-pajjiz, sejħet sabiex jinħelsu mill-aktar fiss possibbli l-politikanti li ġew arrestati u sabiex tieqaf il-vjolenza fil-konfront tad-dimostranti.
Din ir-riżoluzzjoni ġiet iffirmata minn mija u dsatax-il pajjiż – ħlief mill-Belarus. Dan filwaqt li sabet l-oppożizzjoni taċ-Ċina u r-Russja, l-akbar żewġ fornituri tal-armi tal-Myanmar.