Il-midja tal-Partit Nazzjonalista reġgħet bdiet il-jum b’gidba dwar il-Partit Laburista.
Fil-gazzetta n-Nazzjon tal-lum 22 ta’ Novembru intqal li entitajiet tal-gvern u ministeri ntalbu jħallsu €4,500 biex jieħdu sehem fi Kwalità Malta.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li din hi gidba mill-bidu sal-aħħar. Is-sehem ta’ entitajiet governattivi u ministeri fl-attività Kwalità Malta kien mingħajr ħlas. L-istess bħalma kienet il-parteċipazzjoni ta’ għaqdiet li jaħdmu fis-settur tal-karità.
Il-Partit Laburista jħoss dan l-obbligu għax dawn huma entitajiet li setgħu joffru tagħrif interessanti lil kull min jattendi. Fil-fatt, ikun tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jagħmel l-istess fl-attivitajiet li jorganizza għax dawn huma entitajiet li joffru servizzi importanti għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Hija ħasra li l-Partit Nazzjonalista jipprova jippolitiċizza attività li reġgħet kienet suċċess kbir l-għan ewlieni tagħha kien li tippromwovi l-prodott Malti fejn ipparteċipaw nies minn kull settur u minn kull sfond politiku.
Dan l-aġir huwa xhieda oħra li l-mod ġdid ta’ Delia baqa’ ma wasal qatt, temm jgħid il-Partit Laburista.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2018/11/nazzjongidba.pdf”]